Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jaf b’każ ta’ frame-up minn Kastilja u jibqa’ sieket

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista llejla fil-parlament żvela każ ta’ frame-up li għandu d-dettalji tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela u li dwaru l-istess Prim ministru qe djibqa’ sieket.

Jason Azzopardi qal li kien qed jiżvela skandlu kbir u oxxen li seħħ fl-2013 ftit wara li kien elett il-gvern Laburista u sostna li dan kien frame-up li Kastilja ordnat l-arrest ta’ uffiċjal pubblikat inkorruttibbli. Dan kien sar bil-barka ta’ Joseph Muscat permezz ta’ Mario Cutajar, il-Kap taċ-Ċivil, tal-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien Peter Paul Zammitu u bil-kompliċità silenjuża ta’ min hawn illum. Dan biex jeħilsu minn u jfarrku qaddej fidili tal-Istat.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’April tal-2013 kien hemm uffiċjal għoli fid-Dipartiment tat-Taxxa li ma jarax politika u li kien rett u nadif. Dan kin fadallu 18-il xahar biex itemm il-kuntratt tiegħu u f’nofs April 2013, kien bgħat għalih Mario Cutajar li qallu biex iwarrab bil-kwiet. L-uffiċjal irrifjuta għax ma kien għamel xejn ħażin.

Wara ftit ġranet Mario Cutajar, li kien qed jaġixxi fuq struzzjonijiet ta’ Joseph Muscat, reġa’ bagħat għal dan l-uffiċjal publbiku u nsista li kellu jirriżenja. L-uffiċjal pubbliku reġa’ staqiet għaliex u Cuatajr qallu li se jittieħdu passi krminali kontrih jew ma jirriżenjax.

L-uffiċjal pubbliku qallu biex jagħmilhielu bil-miktub iżda Cuatajr irrifjuta. Fl-24 ta’ April 2013, il-pulizija tas-Sezzjoni tal-Frodi, li kienu qed jaġixxu fuq ordni tal-Kummissarju Zammit, arretsaw il dan l-uffiċjal pubbliku u ħadu ħafna files mill-uffiċju inkluż il-hard drives. Hu ttieħed id-Depot u l-ispettur inkarigat kien l-Ispettur Angelo Gafa li sa dak il-ħin kein qed jaġixxi fuq struzzjonijiet tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ma jirriżultax aġir skorrett tal-Ispettur Angelo Gafa, anzi kien hu li kellu kwistjoni mal-Kummissarju għax induna li ma kienx hemm bażi li li l-persuna jibqa’ arrestat.

L-uffiċjal pubbliku inżamm arerstat il-lejl kollu u l-għada filgħodu u kien effettwat psikoloġikament meta kien informat li se ssir tfittxija fuqu. Tul l-arrest il-Kummissarju tal-Pulizija bagħat għalih iktar minn darba mil-lock up, staqsieh jekk hux se jirriżenja u qallu li jekk jirriżenja Kastilja qed joffrulu kumpens. L-uffiċjal irrifjuta; il-Kummissajru qallu li jekk jaċċetta ma jittieħdux passi kontrih iżda l-uffiċjal baqa’ jirrifjuta.

Jason Azzopardi qal li l-kumpens offurt dejjem beda jiżdied u l-uffiċjal baqa’ jirrijuta u beda jibki bil-ħniena biex il-Kummissarju jwaqqaf din it-tortura psikoloġika. L-uffiċjal kien lest jiffaċċja lil kulħadd. L-għada l-uffiċjal kien rilaxxat fuq intervent tal-Ispettur Angelo Gafa. Ftit jiem wara, l-Ispettur Gafa talab tarsferiment u dan sar lejn is-Servizz ta’ Sigurtà.

Kastilja bdew jagħtu stejjer lill-emdia biex iħammġu lil dan l-uffiċjal pubbliku bl-iskop li dan jirriżenja. Ftit jiem wara, fil-bidu ta’ Mejju, l-uffiċjal pubbliku, spiċċa taħt kura u rriżenja. Rekord ta’ dan l-arrest jinsab fid-Detention Log tal-lock up.

Fl-2014 l-Assistent Kummissarju tad-Distrett tal-Belt irċieva ittra anomina u beda jiċċekkja l-log tal-arrest u kien verifikat; infetaħ file iżda dan il-file kellu ordni li jgħaddih lis-Sezzjoni tal-Frodi. Sal-lum għadu mhux magħruf x’sar minn dan il-file. L-uffiċjal pubbliku għamel żmien twil ibati psikoloġikament minħabba dan il-każ.

Il-familja tal-uffiċjal kellmu avukat li kellem lil Mario Cuatajr u lil Angelo Gafa. L-avukat kien Robert Abela li llum hu l-Prim Ministru li jgħid li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu.

X’se jagħmel sisa Robert Abela b’Mario Cuatajr? Għaliex Robert Abela komdu b’Mario Cutajar li wettaq trattament faxxista? X’jaf Mario Cuatajr fuq Robert Abela? Għaliex Robert Abela qatt ma talab li jittieħdu passi? Il-kompliċità ta’ Abela tfisser li ma jara xejn ħażin li l-Kummissarju jarresta persuna għalxejn b’dan il-mod faxxist? Jiġifieri l-Prim Ministru jaqbel ma’ tattiċi faxxisti bħald awn? X’qatt għamel Robert Abela biex issir ġustizzja ma’ dan l-uffiċjal pubbliku u biex min abbuża jitressaq il-qorti? Post Mario Cutajar hu Kordin mhux Kstilja, sostna Jason Azzopardi, li sostna li Robert Abela hu kontinwazzjoni per eeċċellenza ta’ Joseph Muscat.