Tħabbret il-mewt tal-eks player ta’ Liverpool u l-Iskozja Ian St John fl-eta’ ta’ 82 sena, li miet wara battalja ma’ marda fit-tul.
St John issieħeb ma’ Liverpool mingħand Motherwell fl-1961 fejn lagħab 425 partita u skorja 118-il gowl f’għaxar snin li dan mal-klabb minn Anfield.
Ma’ Liverpool hu rebaħ darbtejn il-kampjonat kif ukoll darba l-FA Cup fl-1965. Hu lagħab ukoll 21 darba għall-Iskozja. Wara li temm il-karriera tiegħu bħala player, St John kien kowċ ta’ Motherwell u Portsmouth. St John kien ukoll opinjonista fi programm flimkien ma’ Jimmy Greaves bl-isem ta’ ‘Saint and Greavsie.’
//= $special ?>