Internazzjonali

In-Niġerja: Jinħelsu l-mijiet ta’ tfajliet tal-iskola wara jiem ta’ inċertezza

Grupp ta’ kważi  300 tfajliet li l-ġimgħa l-oħra nħatfu mill-iskola waqt rejd minn irġiel armati mhumiex identifikati nħelsu qawwijin u sħaħ wara jiem ta’ tensjoni u inċertezza. Il-każ xokkanti seħħ meta l-irġiel armati  daħlu fil-boarding school ta’ Jangebe, fl-Istat ta’ Zamfara u ħadu lill-bniet lejn il-moħba tagħhom qalb foresta.

Intant, il-Gvernatur ta’ Zamfara, Bello Matawelle. issa, ikkonferma l-ħelsien tal-bniet u meta sar magħruf ukoll li numru ta’ bniet kienu laħqu ħarbu lill-aggressuri waqt il-jum tar-rejd proprju.

Fin-Niġerja saru spissi r-rejds mill-gruppi armati li jridu jaħtfu n-nies (b’mod partikulari t-tfal) għal skopijiet ta’ rahan.Sadanittant, il-pajjiż, issa, qed jiċċelebra r-ritorn tat-tfajliet li dehru fuq il-filmati għall-ewwel darba wara li nħelsu u meta huma twasslu bil-minibuses lejn bini tal-Gvern, f’Zamfara.