Ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar (1630hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq L-Imdina, Ħal Qormi, seħħet ħabta bejn numru ta’ vetturi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, u Kia Rio misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi. Konsegwentement, it-Toyota Vitz ħabtet ukoll ma’ tliet vetturi pparkjati.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-mara ta’ 37 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.
//= $special ?>