Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi fil-Gzira

Illum għall-ħabta tal-10:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien
seħħ inċident fi Triq Rue D’Argens, Gżira.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li Indjan ta’ 55 sena li jgħix is-Swieqi, kien qed isuq Peugeot Tweet, tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.