Internazzjonali

Indoneżja: Attenti għall-iżbroff spettakulari ta’ vulkan

Vulkan fil-gżira ta’ Sumatra, fl-aħħar sigħat, żbroffa bl-aktar mod spettakulari u bir-riżultat li beda jarmi l-ġmied u l-lava f’għoli ta’ 5,000 metru.

L-awtoritajiet lokali, intant, qed isegwu b’attenzjoni l-attività mill-Muntanja Sinabung wara li kienu reġistrati numru kbir ta’ żbroffi.

Intant, il-periklu għall-ħajja kienet iddikjarata bħala ‘minima’ peress li l-villaġġi fil- madwar tal-vulkan ilhom żmien abbandunati wara sensiela ta’ żbroffi preċedenti.