Lokali

Intervista ma’ Bernard Grech illejla waqt ‘Newsroom’

Il-programm ‘Newsroom’ li jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fuq Net Television, illejla hu wieħed speċjali hekk kif fih ser ikun intervistat il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

‘Newsroom’ jibda fid-8:45pm, fejn illejla, il-Kap tal-PN ser ikun intervistat mill-ġurnalist Keane Cutajar dwar diversi temi kurrenti li direttament jolqtu lill-Maltin u l-Għawdxin.

Il-programm ‘Newsroom’ għandu produzzjoni ta’ Simon Vella Gregory.

Kull programm minn din is-sensiela tistgħu ssegwuħ fuq is-sit Net OnDemand.