Futbol Sport

Juventus jirritornaw għar-rebħ bl-aktar mod konvinċenti

(Ritratt: EPA)

Tliet punti importanti għal Juventus l-aktar wara d-draw ta’ 1 – 1 fl-aħħar dehra kontra Verona. B’dan ir-riżultat Juventus telgħu fit-tielet post b’49 punt. Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima tant li f’mumenti Spezia kellhom aktar pussess tal-ballun minn Juventus . L-aħjar ċans għal Juventus wasal fit-42 minuta bi Cristiano Ronaldo jolqot il-lasti difiża minn Ivan Provedel. Fit-tieni taqsima dominju assolut minn Juventus wara li fil-62 minuta minn azzjoni ta’ Federico Bernardeschi kien ALVARO MORATA li għeleb lil Provedel.

Disa’ minuti wara kien FEDERICO CHIESA li għamel l-iskor 2 – 0 . B’Juventus ikomplu bil-pressjoni fid-89 minuta kien CRISTIANO RONALDO li minn pass ta’ Rodrigo Betancour li għalaq il-partita bit-tielet gowl. Fil-ħames minuta tal-ħin miżjud, Spezia setgħu naqqsu l-iskor iżda Szczesny salva l-penalty mgħoti minn Andrey Galabinov.

Il-partita bejn Lazio u Torino kienet posposta hekk kif Torino ma tħallewx jivvajaġġaw lejn Ruma minħabba li kienu għadhom fi kwarantina, bit-tim minn Turin iwissi li jekk Lazio jingħataw ir-rebħa huma lesti li jipprotestaw.

SERIE A
Illum: Lazio v Torino posp., Juventus v Spezia 3-0
Għada: Sassuolo v Napoli 6.30pm, Milan v Udinese 8.45pm, Atalanta v Udinese 8.45pm, Benevento v Verona 8.45pm, Cagliari v Bologna 8.45pm, Fiorentina v Roma 8.45pm, Genoa v Sampdoria 8.45pm Il-Ħamis: Parma v Inter 8.45pm