Formula 1 Sport

Mercedes jiżvelaw il-karozza għall-istaġun li ġej

Mercedes żvelaw il-karozza il-ġdid għall-istaġun li ġej fejn il-karozza ta’ Lewis Hamilton li se jkun qed jittama li jirbaħ it-tmien titlu tal-Formula 1 fejn id-disinn tal-karozza tiegħu se tkun abbinata mat-tema ta’ kontra r-razzismu.

Il-Kap tat-tim Toto Wolff qal li kull sena t-tim ifassal il-miri u l-objettivi sa tmiem l-istaġun bl-għan li t-tim ikompli fuq is-suċċess li kiseb fl-aħħar snin.

L-istaġun tal-Formula 1 se jibda fl-aħħar ta’ dan ix-xahar bil-Grand Prix tal-Bahrain.