Lokali Qorti

Mexxej Sqalli fiċ-ċirku tat-traffikar tad-droga arrestat f’San Pawl il-Baħar

Il-Pulizija Maltija arrestat lil Maximiliano Genova ta’ 39 sena minħabba l-konnessjonijiet tiegħu ma’ organizzazzjoni tat-traffikar tad-droga fi Sqallija. Il-Pulizija qalet li l-arrest sar wara li nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew għall-Isqalli, li l-midja Taljana identifikat bħala l-kap ta’ organizzazzjoni kriminali bbażata f’Sirakuża.

Huwa kien ilu jaħrab mill-awtoritajiet Taljani għal xhur sħaħ. Investigazzjonijiet mis-Central Intelligence and Analysis Unit tal-Pulizija identifikaw lir-raġel li nstab jistaħba f’Malta.

Kien fis-sigħat bikrit tat-Tlieta, għall-ħabta tas-2: 00am, fejn il-Pulizija iċċirkondaw appartament f’San Pawl il-Baħar fejn kien qed jgħix Genova, qabel ma twettaq l-arrest.

Italian carabinieri carried out a massive operation to dismantle a drug ring in Syracuse

L-operazzjoni twettqet b’kollaborazzjoni mal-Pulizija Taljana, li arrestat ukoll 31 persuna f’Siracusa, Sqallija. Huma mifhum li dan iċ-ċirku tat-traffikar tad-droga kien qed jagħmel profitti ta’ €25,000 kuljum, u dan skond il-Carabinieri Taljani.

Ir-raġel qed jinżamm fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, u se jkun mixli fil-Qorti l-Erbgħa, 3 ta’ Marzu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri. Mhux l-ewwel darba li Maximiliano Genova ipprova jaħrab lill-Pulizija Taljana, kif irnexxielu jagħmel fl-aħħar ġimgħat.

F’Settembru tal-2019 huwa kien qabeż mit-tieqa tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Siracuża, li jinsab fit-tieni sular. Aġent tal-Pulizija ipprova jwaqqfu milli jaqbeż, iżda kien kollu għalxejn.

Fortunatament, iżda, il-waqa’fuq l-art ma kienitx waħda fatali u kien spiċċa rikoverat l-isptar fl-Isptar Umberto I f’qagħda serja iżda ma kienx fil-periklu tal-mewt u ħareġ mill-isptar ftit wara.

Ir-raġel kien ġei arrestat fuq traffikar ta’ droga u pussess ta’ armi. Huwa kien ġie arresatat u ordnat mill-Imħallef għal investigazzjonijiet preliminari tal-Qorti ta’ Siracusa.

Preċedentement, ir-raġel kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija anke fuq trattament ħażin fil-familja. Aktar tard, kien spiċċa maħrub u l-Pulizija kienu tilfu kompletament ir-rekord tiegħu.

Wara nstab f’Contrada Biggemi fi Priolo Gargallo, fil-provinċja ta’ Siracusa, waqt li kien fuq mutur ma’ tfajla ta ’23 sena. Ladarba twaqqaf mill-aġenti, ġie mfittex u saħansitra fuqu kienu nstabu 3,000 ewro.