“L-aħjar imħuħ bl-aħjar invenzjonijiet għandhom jersqu vicin xulxin u jaħdmu flimkien sabiex tinkiteb paġna ġdida għal pajjiżna.”
Kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech f’laqgħa li kellu mal-Kamra tal-Kummerċ fejn il-Partit Nazzjonalista preżenta l-proposti tiegħu fil-qasam tal-enerġija. Preżenti kien hemm ukoll id-Deputati Ryan Callus u Kristy Debono.
Huwa saħaq li ħadd waħdu m’għandu s-soluzzjonijiet għal kollox, għalhekk huwa essenzjali li kulħadd jaħdem għal għan wieħed – li jkollna Malta aħjar u futur isbaħ għal uliedna. Dan il-qafas ta’ pjan irridu nagħmluh wieħed ta’ suċċess flimkien, qal Bernard Grech..
Il-Kap tal-PN sostna li huwa importanti li mhux biss tkun ġenerata energija minn sorsi alternattiva iżda li jkollna industrija li tkun iktar effiċjenti.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal li dan s-suġġett huwa wieħed ferm għal qalb il-kamra tal-kummerċ. Dan għaliex huwa settur fundamtentali ferm għall-futur u għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
David Xuereb qal li huwa importanti li apparti li nkunu effiċjenti hemm bżonn li tkun ġenerata enerġija alternattiva. Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed jaħseb u jippjana għall-futur ta’ Malta… jawgura tajjeb ħafna għax turi kemm il-Partit Nazzjonalsita għandu s-settur tal-eneġija għal qalbu.
Il-pjan tal-PN fis-settur tal-enerġija huwa bbażat fuq 6 pilastri…. .proposti li huma l-punt tat-tluq u mhux tal-wasla… fejn il-PN lest li jisma’ l-ideat ta’ kulħadd.
//= $special ?>