Futbol Sport

Pirelli mhux se jibqgħu l-isponsors ewlenin ta’ Inter

Fi tmiem l-istaġun, Pirelli mistennija jtemmu l-isponsor tagħhom ma’ Inter wara 26 sena. Pirelli li hi kumpanija tat-tyres tal-karozzi ilhom l-isponsors ewlenin fuq il-flokk ta’ Inter sa mill-istaġun 1995/96.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija kkonferma li minkejja li m’humiex se jkunu l-isponsors ewlenin tal-klabb, huma xorta se jkomplu bir-relazzjoni kummerċjali tagħhom.

Jidher li din mhux l-unika problema finanzjarja li qed jaffaċja l-klabb ta’ Inter hekk kif fl-aħħar jiem ħarġet ukoll l-aħbar li Jiangsu FC, klabb ewlieni fis-Super League taċ-Ċina li huwa ta’ Sunin Group, l-istess sidien ta’ Inter falla.

Inter jinsabu fl-ewwel post tal-klassfika tas-Serie A dan l-istaġun erba’ punti vantaġġ fuq Milan.