Lokali

Premju għar-restawr tal-faċċata tal-Kurja ta’ l-Arċisqof

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti

Il-faċċata restawrata tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana ngħatat premju mingħand Din l-Art Ħelwa għall-Wirt Arkitettoniku. Wara r-restawr u l-konservazzjoni tal-faċċata ta’ Casa Manresa, il-proġett kiseb it-titlu prestiġjuż bħala Prix d’Honneur fil-kategorija tiegħu.

Is-Segretarju Amministrattiv Michael Pace Ross, il-Kap tal-Propjetà Roberto Buontempo, u l-Perit Daphne Fenech irċevew il- premju mingħand CREAID f’isem l-Arċidjoċesi ta ’Malta.

Il-konservazzjoni tal-faċċata ewlenija hija l-ewwel fażi ta’ proġett fejn il-faċċati kollha se jiġu restawrati. Mibnija bejn l-1743 u l-1751, Casa Manresa ġiet iddisinjata mill-Ġiżwita Fra Francesco Rosignoli bħala dar tal-irtiri.

Ir-restawr tal-faċċata ġie iffinanzjat mill-Arċidjoċesi ta ‘Malta, wara l – approvazzjoni tal-Kumitat tal-Finanzi Djoċesani ppresedut mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna. Il-faċċata se tkun imdawwla aktar tard din is-sena.

Aktar ritratti: knisja.mt/ritratti