Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Għollieq kantuniera ma’ Misraħ il-Qalbiena Matin, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Auris, misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun, u mutur Yamaha, misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.