Coronavirus Lokali Saħħa

Rekord f’ġurnata – 336 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna; imut raġel ta’ 41 sena

Kważi 3,000 każ attiv f'pajjiżna

Pajjiżna illum irreġistra rekord ta’ 336 każ ġdid ta’ Covid-19 f’ġurnata waħda. Dan filwaqt illi kellna 3 fatalitajiet oħrajn.

Il-vittmi huma raġel ta’ 41 sena, mara ta’ 61 sena u mara ta’ 78 sena. B’hekk il-vittmi issa telgħu għal total ta’ 319.

Il-każi attivi bħalissa huma 2,931.

Iċ-ċifri tal-Ministeru tas-Saħħa jikkonfermaw li s’issa huma mawdar 29,000 dawk li huma imlaqqma għal kontra l-Covid.