Futbol Sport

St. Andrews ikomplu javvanzaw fl-FA Trophy

Naxxar L…………………0 (2)
St. Andrews…………….0 (4)


Naxxar L.: O. Borg, J. Sciberras, R. Mercieca, A. Azzopardi, M. Fenech, E. Farias, C. Bibaku, G. Cassar, S. Martinez, D. Kassekar, B. Schembri

St. Andrews: S. Spiteri, M. D’Alessandro, L. Grech, G. Stefansson, J. Sixsmith, Z. Muscat, K. Sano, D. Jackson, K. Bituemi, M. Ono

Referee: S. Petrovic

Assitenti referees: C. Francalanza, S. Calleja

St. Andrews kwalifikaw għar-round li jmiss tal-FA Trophy wara li għelbu lil Naxxar Lions 4-2 permezz tal-penalties wara li l-partita ntemmew fi draw ta’ mingħajr gowls sal-120 minuta. St. Andrews fl-aħħar partita eliminaw b’sorpriża lil Sliema Wanderers filwaqt li Naxxar Lions eliminaw lil Swieqi United. Naxxar lagħabu l-parti l-kbira tal-ħin barrani bi player naqas hekk kif fid-93 minuta tkeċċa Mead Mifsud. Biex fl-għoti tal-penalties, kienu St. Andrews li ħarġu rebbieħa 4-2.