Lokali Parlament

Suspetti li t-tilqim kontra l-COVID-19 mhux isir b’mod trasparenti; persuni qed jieħduha qabel imisshom

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Gerch insista mal-Gvern li jwieġeb għas-suspetti u r-rapporti li t-tilqim kontra l-COVID-19 mhux isir b’mod trasparenti.

Dan l-appell il-Kap tal-PN bernard Grech għamlu fil-parlament wara stqarrija ministerjali tal-Prim Ministru Robert Abela dwar il-COVID-19.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech beda biex sellem il-memorja tat 319-il vittma tal-COVID-19 f’Malta u qal l-poplu hu inkwetat bis-sitwazzjoni. Fl-aħħar sebat ijiem Malta rrapportat 1687 każ ta’ infezzjonijiet; medja ta’ 10 infezzjonijiet kull siegħa fejn illum biss inqabżu 300 każ ġdid u infetħet it-tielet ITU fMater Dei.

Hu espriema t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni preżenti fejn in-numru ta’ każi qed jiżdied b’perikli għas-saħħa u għall-ekonomija flimkien mad-dħul tal-familji. Hawn kollass tas-sistema tal-contact tracing; in-nies qed jissuspettaw ukoll li t-tilqim mhux trasparenti fejn persuni qed jieħdu t-tilqima qabel suppost.

Il-Gvern għandu dmir jiċċara l-affarijiet u allaħares qed isir dan, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-Ministru tas-Saħħa għandu jara x’inhu jseħħ f’diversi lokalitajiet fosthom f’Ħ’Attard. In-nuqqas ta’ tarsparenza hi trade mark tal-Gvern Laburista; is-sistema tas-saħħa hi viċin kollass bl-Emerġenza u l-ITU fuq quddiem.

L-infurzar tal-miżuri mill-awtoritajiet tas-saħħa jridu jkunu attwati mill-Gvern; ma jistax ikun li l-anzjani u l-vulnerabbli jagħmlu sagrifiċji kbar u sezzjoni oħra ma tobdix. Għalhekk l-infurzar hu prijorità. Is-sidien tan-negozji huma mħassba waqt li l-ġenituri huma preokuppati; jeħtieġ li l-Gvern ikun ċar u trasparenti dwar l-istrateġija tiegħu.

Il-Kap tal-PN appella biex il-Gvern ma jibqax ipinġi realtà li mhix reali u sostna li għandha tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-pajjiż membri tal-UE; minn dan gawdiet Malta wkoll. Spiċċa ż-żmien li l-Gvern jitfa” t-tort fuq gvernijiet Nazzjonalisti jew fuq il-PN; il-Gvern ma jistax jibqa’ jaħrab mir-responsabbiltà għax hu qed jiggverna.

Hu tkellem dwar l-obbligi tal-UE fis-saħħa u fl-ekonomija biex ikun hemm tkabbir ekonomiku bla ma tkun perikolata s-saħħa tas-saħħa għaliex l-ekonomija tikber meta l-poplu jkun b’saħħtu.

Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm ċertifikat tal-vaċċin; dan għandu jgħin biex jagħmel l-ivvjaġġar sigur u jgħin ukoll lill-industrija tat-turiżmu. Jeħtieġ ukoll li l-awortitajiet tas-saħħa jkollhom l-informazzjoni kollha f’idejhom b’mod immedjat. Hu staqsa għaliex 56% tal-anzjani bejn it-80 u l-84 sena ma ħadux it-tilqima. Meta se jibda t-tilqim tal-bqija tal-anzjani? X’qed isir biex jissewwa l-kollass fil-contract tracing? staqsa Bernard Grech.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar staqsa kemm mill-perusni vulnerabbli u dawk fis-sodod ħadux il-vaċċin u kemm fadal biex joħduh. Xi strateġija uża l-Gvern dwar liema ħaddiema f’entitajiet ħadu l-vaċċin? Hemm indikazzjonijiet li minkejja l-bereġ, l-għalliema qed ikollhom iduru madwar Malta biex jieħdu l-vaċċin flok fil-lokalitajiet tagħhom. Hu staqsa jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra iktar miżuri.

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis staqsa dwar it-tkabbir tal-produzzjoni tal-vaċċin tal-UE u fil-kuntest tal-pajjiżi terzi u dwar il-pjani tal-Gvern fir-rigward tal-front liners li għadhom mhux imlaqqma fil-qrati.

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet li n-numru ta’ infezzjonijiet qed jiżdiedu minkejja l-vaċċin; dan juri li jew hemm problemi fil-contact tracing inkella m’hemmx osservanza tal-liġijiet. Hi staqsiet x’passi qed jittieħdu dwar dan.

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar talab dikjarazzjoni mill-Gvern jekk l-Għawdxin hux se jibqgħu jinġiebu Malta għat-tilqima u staqsa dwar anzjani li applikaw biex jieħdu t-tilqima fi djarhom.

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li jinsab dispċjaċut għal kull mewt fil-pajjiż iżda b’idu fuq il-kuxjenza għamel minn kollox biex jipproteġi s-saħħa, l-għajxien u l-ekonomija tal-poplu. Hu qal li l-Gvern qed jikkunsidra li jsaħħaħ l-infurzar u jżid il-multi għall-abbużi mir-regoli. Il-Prim Ministru qal li l-pajjiż sejjer tajjeb u qed jirnexxielu jġib ammonti kbar ta’ dożi ta’ vaċċin.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ammetta li n-numru ta’ każi ta’ infezzjonijiet kien wieħed għoli u li n-umru ta’ każi fl-aħħar ħmistax żdied. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu li l-varjant Ingliż inżamm milli jiġi Malta u minħabba tnaqqis fid-dixxiplina min-nies.

Il-Gvern mhux se jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazjzoni; is-soluzzjoni hu l-vaċċin li qed jingħata b’mod aċċellerat ħafna. Għal ftit xhur oħra trid tinżamm id-dixxiplina b’miżuri li jkunu segwiti; jekk hemm bżomm jiżdiedu l-multi u jiddaħħlu miżuri ġodda.

Chris Fearne ċaħad li hemm nuqqas ta’ ttasparenza fil-mod kif qed jingħata l-vaċċin u sostna li mhux veru li l-contact tracing falla anzi dan jinsab lura b’jumejn biss. Hu qal li Malta tinsab l-aqwa fl-Ewropa fl-istraeġija dwar il-COVID-19 u sostna li l-kjuwiet għat-tilqim ifisser li kien hemm it-tilqim li qed jingħata.

Il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li se jinfetaħ ċentur għat-tilqim f’Għawdex