Coronavirus Lokali

Tabib b’appell biex nibqgħu nsegwu l-miżuri għax din hi sitwazzjoni inkwetanti

"Hemm bżonn li kull persuna taħseb x'tista' tagħmel hi stess għas-saħħa tagħha stess u ta' madwarha"

It-tabib Joseph Ferriggi appella biex kull persuna tħares saħħitha u saħħet ħaddieħor hekk kif il-pandemija hi sitwazzjoni inkwetanti. Ferriggi kompla jgħid li -effett tal-COVID-19 twal biżżejjed u se jitwal iż-żejjed tant li se jkollu effett diżastruż fuq kull aspett tal-ħajja u b’hekk jeħtieġ li din il-pandemija nwaqqfuha minnufih.

Fl-aħħar jiem kienet innotata pressjoni fuq l-isptarijiet ta’ pajjiżna hekk kif qed jonqsu s-soddod u l-medja ta’ persuni li jeħtieġu l-kura medika niżlet sew.

It-tabib Ferriggi qal li l-programm ta’ tilqim qed iħalli l-effett tiegħu iżda l-preżenza tal-varjant Ingliż hu pjuttost problematiku hekk kif qed jattakka lil persuni t’età iżgħar, liema persuni jitħaltu ferm iżjed u b’hekk iżiedu t-tixrid. Dan il-varjant hu 70% iżjed infettiv mill-COVID-19.

Ferriggi qal li l-vaċċin inaqqas il-pazjenti mill-isptarijiet u jnaqqas ukoll il-imwiet madwar id-dinja kollha. Iżda hu kompla jgħid li dan mhux biss is-soluzzjoni tal-pandemija. Hu qal li hemm bżonn li kull persuna tibqa’ ssegwi l-miżuri ta’ iġene, l-użu ta’ hand sanitizer, tinżamm id-distanza soċjali u tibqa’ tintlibes il-maskra kif suppost.

Ferriggi qal li l-maskra hi ta’ importanza kbira tant li fl-aħħar sena t-tobba raw nuqqas drastiku tal-infuwenza u mard respiratorju.