Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Vince Farrugia

It-Tlieta filgħodu fil-Knisja ta’ Burmarrad ngħatat l-aħħar tislima lil Vince Farrugia…. persuna li se tibqa’ mfakkra għall-involviment tagħha fis-settur tax-xogħol fejn għamel perjodu twil fit-tmexxija tal-GRTU – dik li illum hi ċ-Chamber of SMEs.

Vince Farrugia twieled ir-Rabat fl-1944. Hu kien għal xi żmien lettur tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta, u direttur eżekuttiv f’żewġ banek lokali.

Farrugia kien deskritt bħala persuna li dejjem ħadmet favur il-ħaddiem, bniedem ta’ qalb tajba u li dejjem kien lest biex jgħdin lil ħaddieħor.

Huwa ddedika aktar minn 20 sena ta’ servizz għan-negozji tant li fl-2008 kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Fl-2009 Vince Farrugia kien ikkontesta l-elezzjonijiet tal-MEP’s f’isem il-PN.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Vince Farrugia kien hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap David Agius, is-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech, l-Ispeaker Anglu Farrugia, diversi Deputati tal-PN kif ukoll it-tmexxija tal-Kamra tal-SMEs.