Sport Sport Ieħor

Valletta Subbuteo Club jirbħu l’FISTF International Open ta’ Malta

Valletta Subbuteo Club rebħu l-FISTF International Open ta’ Malta li kien organizzat minn Valletta SC fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjoni tal-kategorija individwali ‘Open’. Ir-rebbieħ ta’ din kategorija kien Mark Gauci, plejer ta’ Valletta SC. Gauci lagħab il-finali tiegħu kontra Jean Tabone plejer ta’ Mortellito Barcellona, u rebaħ bl-iskor ta’ 2-0. Is-semifinalisti kienu Jurgen Balzan ta’ SC Stembert u Samuel Bartolo ta’ Valletta SC.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet. Kien hemm erba’ klabbs Maltin jikkompetu, Valletta Subbuteo Club, Valletta Lions TFC, Bormla SC u Ħ’Attard SC. Il-kompetizzjoni kienet forma ta’ kampjonat u ntrebħet minn Valletta Subbuteo Club b’punti massimi.  It-tim kien iffurmat minn Samuel Bartolo (kaptan), Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Mark Gauci, Mario Camilleri u Joseph Mifsud.  Valletta Subbuteo Club għelbu lil Valletta Lions TFC bl-iskor ta’ 3-0, lil Ħ’Attard SC bl-iskor ta’ 4-0 u lil Bormla SC bl-iskor ta’ 2-0, b’ Bormla SC itemmu fit-tieni post.