Coronavirus Lokali

233 każ ġdid, il-każi attivi jitilgħu għal 3,000

Tkompli r-rata allarmanti ta’ infezzjonijiet ġodda fil-pajjiż hekk kif fl-aħħar 24 siegħa, għal darb’oħra, kienu reġistrati iktar minn 200 każ ġdid.
Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, fl-aħħar siegħat kienu reġistrati 233 każ ġdid u fiequ 162.

Sfortunatament, fl-istess żmien mietu żewġ persuni oħra, raġel ta’ 84 sena li miet fl-Isptar Mater Dei u mara ta’ 86 sena li mietet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex in-numru totali ta’ vittmi tal-virus issa tela’ għal 321.

In-numru ta’ każi attivi issa laħaq rekord ta’ 3,000 każ.

Min-naħa l-oħra, 29,748 persuna kienu mlaqqma biż-żewġ dożi tal-vaċċin.