Internazzjonali

FILMAT: Dolly Parton tibdel il-lirika ta’ ‘Jolene’ biex tippromwovi t-tilqima

Il-kantanta famuża tal-mużika country, Dolly Parton, ingħatat it-tilqima tal-Moderna għal kontra l-coronavirus wara li ħeġġet biex l-Amerikani kollha jsegwu l-eżempju tagħha huma u jinterpretaw il-lirika mibdula tal-kanzunetta (tagħha) ‘Jolene’ matul il-proċess.

Fil-fatt Parton, li għandha 75 sena, kantat il-versjoni speċjali tal-kanzunetta qabel ingħatat it-tilqima fil-Vanderbilt University Medical Centre ta’ Nashville, fl-Istat ta’ Tennessee.

Il-lirika mibdula ta’ Joelene tibbaża fuq il-vers ‘Vaccine, vaccine, vaccine vaccine….I’m begging of you please don’t hesitate minflok il-kliem li ilhom is-snin familarji mad-dilettanti tal-mużika country.

Intant, huwa magħruf li Dolly Parton kienet tat donazzjoni personali ta’ miljun dollaru liċ-ċentru mediku ta’ Vanderbilt għall-iżvilupp tal-vaċċin tal-Moderna.