Lokali

Ħabta bejn xarabank u karozza fil-limiti tal-Mosta

Mara ta’ 38 sena residenti l-Mosta sofriet ġrieħi wara li kienet involuta f’ħabta ma’ xarabank privata.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m. fi Triq il-Missjunarji Maltin meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza misjuqa mill-mara u kowċ misjuqa minn raġel Bulgaru ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar. Il-vetturi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta għal xulxin.

RITRATT: Martin Agius

Il-Pulizija kif ukoll tim mediku marru fuq il-post u ħadu lill-mara sabiex tiddewwa għall-ġrieħi li ġarrbet. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Għal xi ħin it-triq, li mill-Mosta tagħti għall-Mġarr u Triq Buqana, kienet magħluqa għat-traffiku.