Futbol Sport

Ħamrun jikkwalifikaw b’rebħa faċli fuq Xagħra United

XAGĦRA ………….0

ĦAMRUN ……………6

Xagħra: O.Attard, J.Bajada, S.Galea, N.Biculjevic, K.Hili, J.Ribeiro Moreiro, F.Rodriguez, L.Sultana, E.Xiberras, F.Attard

Ħamrun: P.Sanchez, M.Laraspata, C.Borg, Y.Johnson, F.Sasere (M.Gullaumier 45’), X.Portelli, I.Abdullahi, A.Cittadini, K.Micallef (A.Soares 60’), C.Dielna (M.Tabone 45’), D.Borg

Referee: A.Sciriha

Assistenti Referees: M.Scerri, C.Vassallo

Ħamrun għamluwa għall-kwarti finali tal-FA Trophy hekk kif għelbu faċilment lil Xagħra bl-iskor ta’ 6-0. Ħamrun kienu perikolużi kmieni fil-partita meta minn azzjoni minn fuq ix-xellug kien Blas Cittadini li impenja lill-gowlkiper Owen Attard, li salva tajjeb il-konklużjoni tiegħu. Ħamrun marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta meta mix-xutt ta’ Xylon Portelli, kien Blas Cittadini li għadda lejn FRANKLIN SASERE, li mill-viċin ma żbaljax għal 1-0. Ħamrun irudppjaw fit-33 minuta meta wara cross tajjeb ta’ Franklin Sasere, kien ISMAEL ABDULLAHI ADESHINA li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil gowlkiper Attard għal 2-0. It-tielet gowl għal Ħamrun wasal fis-36 minuta meta minn cross Laraspata, b’ġest akrobatiku reġgħa kien FRANKLIN SASERE li skorja it-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Ħamrun.

Fl-54 minuta Ħamrun jiskurjaw ir-raba’ gowl meta minn pass fit-tul BLAS CITTADINI qabeż lill-gowlkiper Attard biex tefa’ f’lasta vojta għal 4-0. Ħamrun skorjaw il-ħames gowl fit-80 minuta permezz ta’ BLAS CITTADINI li mill-viċin tefa’ ġewwa għal 5-0. Is-sitt gowl wasal fil-85 minuta permezz ta’ ISMAEL ADESHINA ABDULLAHI li b’sidru skorja is-sitt gowl għal Ħamrun.