Futbol Sport

Hibernians jikkwalifikaw b’gowl minn penalty fl-aħħar minuta

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Rowen Camilleri

PEMBROKE A…….0
HIBERNIANS………..1

Pembroke A: P. Schranz, A. Marshall (M. Borg 79’), K. Farrugia, D. Sant, K.
Frendo, J. Ogunnupe (N. Frendo 59’), J. Oliveira (P. P. Sammut 85’), T. Fenech, J.Bajada, J. Etim, L. Chiedozie

Hibernians: R. Briffa, F. Apap, L. Almeida, A. Attard (R. Dos Anjos 62’), J.
Grech (D. Vella 87’), T. Fonseca (G. Ribeiro 62’), J. Degabriele, B. Kristensen, Z.Grech, I. Artilles (A. Agius 46’), I. Irriberri

Imwissija: A. Agius 73’, B. Kristensen 77’ (H) N. Frendo 65’, K. Frendo 82’ (P)

Skorjaw: G. Ribeiro 95’ (H)

Referee: Glenn Tonna
Assistenti Referees: Edward Spiteri u Duncan Spencer

Hibernians kellhom jistennew sal-aħħar minuta biex kisbu post għar-rawnd li jmiss tal-F.A. Trophy meta kien penalty fil-95 minuta skurjat minn Gilmar li aċċertahom mil-kwalifikazzjoni.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Hibernians fit-13-il minuta meta Jurgen Degabriele għadda l-ballun lejn Jake Grech b’dan tal-aħħar jipprova xutt minn barra l-kaxxa li Schranz laqa’ tajjeb. Wara 25 minuta free kick dirett ta’ Oliveira għal Pembroke spiċċa faċilment f’idejn Rudy Briffa.

Fit-32 minuta Ħibernians reġgħu daħlu fil-kaxxa aversarja u minn qagħda angulata reġa kien Jake Grech li prova x-xutt iżda din id-darba kien mtajjar f’korner mid-difiża. Bl-ewwel 45 minuta jkunu nieqsin minn azzjonijiet iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fi dro ta’ mingħajr gowls. Fit-tieni taqsima kienu Hibernians li marru viċin l-ewwel meta fil-51 minuta il-
kross ta’ Zahary Grech spiċċa b’xi mod f’saqajn Fonseca iżda l-Brażiljan minn taħt il-lasta tefa’ inkredibilment barra. Pembroke kellhom azzjoni perikoluża meta fit- 58 minuta Chiedozie tefa kross fil-baxx fil-kaxxa li sab lil Jojo Ogunnupe li xxuttja mill-ewwel iżda Rudy Briffa kien attent u laqa’ tajjeb.

Hibernians setgħu fetħu l-iskor fis-66 minuta meta l-kross ta’ Andrei Agius sab lil Jurgen Degabriele li ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra. Fis 77 minuta Gilmar ġab prattikament lil Jake Grech waħdu mal-gowler iżda Philip Schranz ġab save tajjeb ħafna minn quddiemu. Hibenrians baqgħu jippersistu u fil-81 minuta kienu sfortunati ferm meta l-kross ta’ Kristensen sab li Degabriele li minn taħt il-lasta ħabbat il-ballun
mal-wieqfa. Hekk kif kollox kien jidher li l-partita kienet dieħla fil-ħin barrani Hibernians ingħataw penalty fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud meta Kane Farrugia deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga minnu GILMAR RIBEIRO li ma’ żbaljax biex ta rebħa lil Hibernians u kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss.