Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kategorikament u b’mod unanimu, caħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Chris Fearne ilbieraħ fil-Parlament.
Fi stqarrija, il-Grupp Parlamentari jinnota li għal darb’oħra, il-Gvern għażel li juża l-pandemija u n-numru rekord ta’ każi biex jipprova jiskorja punti politiċi. Skont Robert Abela, Marzu kellu jkun iż-żmien meta pajjiżna jkun irkupra sew mill-pandemija.
Iżda minflok, l-imwiet u l-każi ġodda qed ikomplu jiżdiedu. il-contact tracing qed ifalli, m’hemmx trasparenza fl-għoti tal-vaċċin u s-sistema tas-saħħa tinsab f’xifer il-kollass.
L-istqarrija ttemm li minflok jallega, il-PN qed jibbaża fuq il-fatti u jħares lil hinn mill-politika partiġġjana fl-interess tal-ġid komuni u t-tisħiħ tan-nazzjon Malti.
//= $special ?>