Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech llejla ressaq każ ta’ ksur ta’ privileġġ dwar l-allegazzjonijiet tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li deputat tal-PN kien talbu jaqbeż il-kju biex tingħata l-vaċċin tal-COVID-19.
Fil-parlament il-Kap tal-PN Bernard Grech irrapporta ksur ta’ privileġġ u talab lill-Ispeaker biex jagħti l-protezzjoni meħtieġa lilu wara dak li allega d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar diskursata bejniethom ilbieraħ fil-parlament.
Hu qal li l-Ministru Chris Fearne kien qallu li jekk għandu xi informazzjoni li hemm xi abbuż wara li semma’ anki Ħ’Attard jgħaddhielu biex jinvestiga. Dwar l-allegazzjoni ta’ Chris Fearne fuq deputati Nazzjonalisti, Bernard Grech qal li hu qallu li filf-att dak li ġara kien li kien hemm xi ħadd li kellem deputat tal-PN biex tingħata l-vaċċin. Hu kkonferma li kien qed jirreferi għal Claudette Buttigieg.
Bernard Gerch qal li Claudette Buttigieg informatu mill-ewwel għax indunat li din kienet manuvra mill-Gvern fil-konfront tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-PN qal li l-Ministru Chris Ferane kien tah żewġ ismijiet ta’ deputati Nazzjonalisti li allegatament kienu avviċinawh u sostna li kien se jivverifika dawn il-każi minkejja li d-deputati Nazzjonalisti kollha ċaħdu l-allegazzjoni ta’ Fearne u li jekk kien hemm komunikazzjoni din kienet dwar informazzjoni dwar min kellu dritt jieħu l-vaċċin. Hu qal li hu evidenti li l-Gvern iħossu daru mal-ħajt, jipprova jitfa’ l-mejda fuq ħaddieħor.
Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne ikkonferma dak li qal l-Kap tal-Oppożizzjoni li kien għaddielu żewġ ismijiet ta’ deputati Nazzjonalisti.
//= $special ?>