Lokali Parlament

Il-PN irid rappreżentanza aktar wiesgħa fl-Awtorità tal-Kostruzzjoni

Proposta approvata mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista tara li jkun hemm rappreżentanza aktar wiesgħa fl-Awtorità tal-Kostruzzjoni.

Wara li ppreżentaha lill-Grupp Parlamentari fil-laqgħa tal-bieraħ filgħaxija, id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone llum ippreżenta l-emenda matul il-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għal-Liġijiet biex aktar setturi jkollhom dritt jinnominaw membru fl-Awtorità.

Dawn jinkludu lill-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda anke għaqdiet mhux governattivi li jirrappreżentaw l-interessi tas-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, tal-ambjentalisti u anke tal-ġirien tas-siti tal-kostruzzjoni, li hu kruċjali li jingħataw widen u vuċi għall-ħarsien ukoll tad-drittijiet u l-ħtiġijiet tagħhom.