Futbol Sport

Il-UEFA ma tilqax il-proposta ta’ Boris Johnson li l-EURO 2020 jsiru fir-Renju Unit

(Ritratt: Sky Sports)

Il-UEFA irrifjutat il-proposta tal-Prim Mininstru Ingliż Boris Johnson, li r-Renju Unit jospita il-partiti kollha tal-EURO 2020, minħabba ir-restrizzjonijiet fil-pajjiżi minħabba l-pandemija.

Il-UEFA u l-FA Ingliża t-tnejn qablu li dan ma jistax iseħħ minħabba problemi loġistiċi li jistgħu jinħolqu, fosthom ir-rilokazzjoni ta’ lukandi u kampijiet ta’ taħriġ għall-24 tim involut. Sadanittant, il-UEFA saħqet li m’għandha l-ebda ħsieb li jinbidel il-format propost, dak li jsir fi tnax-il belt differenti madwar l-Ewropa.