Futbol Sport

Juventus kontra Napoli se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu

Il-partita bejn Juventus u Napoli, li kellha tintlagħab fit-tielet ġurnata tas-Serie A, se tintlagħab fis-17 ta’ Marzu fis-6.45pm.

Il-partita kellha tintlagħab fl-4 ta’ Ottubru, iżda il-Lega Serie A, kienet ipposponiet il-partita minħabba li Napoli ma kienux tħallew jidħlu Turin minħabba xi każijiet pożittivi għall-coronavirus, li kellhom fl-iskwadra tagħhom.

Wara li Juventus kienu xorta marru għal-logħba kienet ittieħdet id-deċiżjoni li jingħataw it-tliet punti, liema deċiżjoni ġiet irtirata fit-22 ta’ Diċembru, meta l-CONI College of Guarantee ordnat li l-partita kellha tintlagħab f’data oħra.