Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni tiċħad l-allegazzjoni ta’ Chris Fearne u titlob ruling

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum ċaħdet l-allegazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li allega li deputat tal-PN kien talba jaqbżu l-kju biex jieħu l-vaċin tal-COVID-19 u talbet lill-Ispeaker tal-Parlament biex jagħti ruling dwar ksur ta’ privileġġ.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar rrifera għall-allegazzjoni tad-deputat Prim Ministru Chris Fearne u qal li l-Oppożizzjoni tiċħad l-allegazzjoni tad-Deputat Prim Ministru u talab ruling mingħand l-Ispeaker dwar l-allegazzjoni tad-Deputat Prim Ministru. Robert Cutajar qal li l-Ministru Chris Fearne għandu jissotanzja jew jirtira l-allegazzjoni tiegħu.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne wieġeb li kien hemm aktar minn deputat wieħed tal-PN li għamel pressjoni fuqu għall-vaċċin u qal li d-deputati Nazzjonaisti għandhom jiċċekkjaw il-messaġġi fuq il-mobile fejn kien hemm deputat li anki bgħatlu reminder.

Kien hemm min talbu għall-familjari, għalih u anki għal ħbieb tiegħu, sostna Chris Fearne, li kompla li hu tkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar dan. Hu qal li ma kellux problema li jerġa’ jkellem lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jgħidlu jieħu passi.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg staqsiet jekk hux qed jirriferi għaliha.

Id-Deputat Chris Fearne qal li ma kienx qed jirriferi għaliha għalkemm hi talbitu li tieħu l-vaċċin minħabba li t-tifla tagħha għandha kundizzjoni partikolari.

Claudette Buttigeg wieġbet li hi ma talbet qatt lill-Ministru tas-Saħħa hi jew it-tifla tagħha jieħdu l-vaċċin għax fil-fatt ħaditha nhar is-Sibt. Nhar is-Sibt xi ħadd kellu l-ardir ikellimha biex tieħu l-vaċċin iżda irrifjutatgħax ma taċċettax li titniżżel f’dan il-livell.

Il-Ministru Chris Fearne qal li ma kienx qed jgħid għad-deputat Claudette Buttigieg.