Coronavirus Lokali Saħħa

Malta bl-ogħla trend ta’ każi ġodda fl-Ewropa – ECDC

Wara li fl-aħħar ġimgħat issoktat ir-rata allarmanti ta’ infezzjonijiet ġodda fil-Gżejjer Maltin, fejn fl-ewwel tlett ijiem ta’ Marzu biss ġew irreġistrati xejn inqas minn 744 każ ġdid ta’ Covid-19 – dan sfortunatament qed jiġi rifless ukoll fiċ-ċifri maħruġa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.

Dan hekk kif statistika maħruġa ta’ kull ġimgħa mill-ECDC qed tpoġġi lil Malta bħala l-aktar pajjiż fl-Ewropa li qed jirreġistra trend qawwija fejn għandhom x’jaqsmu każi ġodda – bi grafika li tindika ż-żieda qawwija ta’ każi fil-pajjiż.

Dan kollu wkoll wara l-firxa insistenti tal-varjant tar-Renju Unit fil-komunità, qalb il-poplu Malti u Għawdxi.