Futbol Sport

Milan jsalvaw punt fl-aħħar minuta

(Ritratt: EPA)

Milan salvaw draw ta’ 1-1 f’darhom fl-aħħar mumenti kontra Udinese. B’dan id-draw Milan ġew tliet punti wara Inter b’logħba aktar hekk kif Inter jiltaqgħu iktar tard illum kontra Parma. Il-gowl għal Udinese wasal fit-68 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Rodrigo De Paul, kien RODRIGO BECAO li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Gialuigi Donnarumma.
Madanakolllu, hekk kif kollox deher li Milan kienu se jitilfu, Milan ingħataw penalty fis-97 minuta li minnu FRANCK KESSIE ma żbaljax biex salva punt għat-tim tiegħu. Roma kisbu rebħa importanti barra minn darhom kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 2-1.

Roma marru fil-vantaġġ fid-49 minuta permezz ta’ LEONARDO SPINAZZOLA li kkonkluda għal ġewwa wara cross tajjeb ta’ Gianluca Mancini. Madanakollu l-istess LEONARDO SPINAZZOLA din id-darba skorja fil-lasta tiegħu stess wara cross perikoluż fil-kaxxa ta’ Cristiano Biraghi. Biex fid-90 minuta kien AMADOU DIAWARA li kkonkluda għal ġewwa u ta’ r-rebħa lit-tim tal-kapitali. B’hekk Roma baqgħu fil-ħames post tal-klassifika b’47 punt filwaqt li Fiorentina baqgħu fl-14-il post b’25 punt.

F’logħba spettakolari Sassuolo u Napoli temmew fi draw ta’ 3-3. Fit-23 minuta Napoli kellhom gowl ta’ Lorenzo Insigne mħassar wara konsultazzjoni mal-VAR għal pożizzjoni ta’ offside. Napoli għamlu l-ħajja tagħhom diffiċli hekk kif NIKOLA MAKSIMOVIC tefa’ l-ballun fil-last toegħu stess, b’Sassuolo jmorru minn fuq fl-34 minuta. Madanakollu erba’ miuti wara Napoli ġabu d-draw permezz ta’ PIOTR ZIELINSKI li kkonklida għal ġewwa wara pass tajjeb ta’ Diegp Demme. Hekk kif kollox deher li ż-żewġ timijiet se jidħlu jistrieħu f’parita, Sassuolo ingħataw penalty fil-45 minuta, li minnu DOMENICO BERARDI ma żbaljax għal 2-1.

Fl-aħħar għoxrin minuta il-partita żvolġiet f’waħda aktar interessanti. Fit-72 minuta Napoli ġabu l-gowl tad-draw permezz ta’ GIOVANNI DI LORENZO fuq pass tal-captain Lorenzo Insigne. Biex fid-90 minuta Napoli ħasbu li rebħu l-partita meta ingħataw penalty, li ġie skorjat mill-istess LORENZO INSIGNE. Madanakollu fil-ħin barrani Sassuolo ingħataw penalty ieħor, li din id-darba inkariga ruħu minnu FRANCESCO CAPUTO li skorja u salva punt prezzjuż lit-tim tiegħu, fi tmiem mill-aktar drammatiku.

Ilbieraħ;Lazio v Torino posp., Juvetnus v Crotone 3-0
Ilum; Sassuolo v Napoli 3-3, Milan v Udinese 1-1, Atalanta v Crotone 5-1, Benevento v H.Verona 0-3, Cagliari v Bologna 1-0, Fiorentina v Roma 1-2, Genoa v Sampdoria 1-1 Għada; Parma v Inter 8.45pm