Lokali Parlament

Problemi għall-pajjiż minħabba nuqqas ta’ governanza tajba mill-Gvern

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li n-nuqqas ta’ governanza tajba qed iġib problemi għall-pajjiż minkejja li mhux hekk qed jgħidu l-istituzzjonijiet internazzjonali. Dan qed jeffettwa l-ekonomija tal-pajjiż fosthom il-mod kif banek barranin qed jaqtghu l-kuntatti ma’ banek Maltin.

Fil-parlament hu appella biex l-emendi dwar is-settur finanzjarju ma jsirux biss għall-konvenjenza mnħabba l-Monyeval iżda bil-konvinjoni li jissaħħu r-regolaturi u l-ġlieda kontra r-reati ta’ ġasil ta’ flus. Kien il-Gvern li wassal għat-tkissir tar-reputazzjoni tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalsta qal li l-PN lest jagħti l-kontribut biex ir-reputazzjoni tal-pajjiż terġa’ tinbena mill-ġdid li fuqha jiddependi l-investiment lejn il-pajjiż; iżda l-Gvern irid ikun konvint fil-ġlieda tiegħu kontra l-ħasil tal-flus.

Id-depuat Nazzjonalista kompla li l-istituzzjonijiet iridu jressqu għall-ġustizzja lil dawk kollha li tappnu u kissru r-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan biex il-ġustizzja ma ssirx biss maż-żgħir iżda wkoll mal-kbir.

Rapporti tal-FIAU wasslu għal suspetti raġonevoli fil-konfront ta’ Konrad Mizzi, Brian Tonna u ta’ Keith Schembri. Sal-lum għadhom ma ttieħdu l-ebda passi fil-konfront ta’ dawn il-persuni.

Din is-sena hi importanti għaliex se jkun hemm ir-rapport tal-Moneyval; hu kritiku għall-pajjiż li jgħaddi minn dan it-test. Jekk il-pajjiż jeħel, ikun hemm effetti kbar fuq is-setturi finanzjarji tal-pajjiż. Hu qal li l-pajjiż wasal fix-xifer minħabba n-nuqqasijiet tal-Gvern u kompla li l-PN jemmen fil-governanza tajba u fl-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.