Lokali Qorti

Provi biżżejjed biex l-Avukati Charles Mercieca u Gianluca Caruan Curran jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża

F’digriet mogħti mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras f’digriet li tagħat iddikjarat li jeżistu provi biżżejjed biex l-Avukati  Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża fil-każ tal-allegat tixħim ta’ ġurnalista tat-Times.

Il-Qorti qalet li l-kontestazzjoni minn naħa tad-difiża saret biss fil-konfront tal-Avukat Mercieca filwaqt li ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni fir-rigward tal-Avukat Caruana fid-dawl tal-prima facie.

L-Avukat Stephen Tonna Lowell u l-Avukat Gianella Caruana li qegħdin jidhru għall-avukati ta’ Yorgen Fenech, in-negozjant mixli bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kienu qegħdin jikkontendu li l-Prosekuzzjoni ma rnexxieliex iġib prova waħda, lanqas dik tal-probabbilità li l-Avukat Mercieca wettaq xi reat.

Il-Qorti fid-digriet tagħha qalet li f’dan l-istadju hija m’għandhiex tqis u teżamina kull kunflitt li jista’ jirriżulta bejn verżjoni u oħra u lanqas m’għandha tagħmel eżemi profond tal-istess provi jew tal-mertu tal-każ.

Madankollu l-fatt li Charles Mercieca kellu numru ta’ laqgħat mal-ġurnalista Ivan Martin, inkluż inkontru fit-2 ta’ Novembru 2020, fejn huma ltaqgħu fl-uffiċċju tal-istess Avukat Mercieca, u li f’din il-laqgħa kien hemm l-allegata offertà ta’ flus lil Ivan Martin, kienu preżenti hemm f’xi ħin iż-żewġ akkużati u fuq kollox email li ntbagħtet minn Mercieca lil divesi kmamar tal-aħbarijiet, inkluż lil editur tat-Times of Malta fl-4 ta’ Novembru 2020.

Il-Maġistrat qalet li f’partijiet minnha, din titkellem fil-plural u ma tirreferix biss għall-Avukat Gianluca Caruana Curran, wassluha biex tiddeċiedi li fil-konfront ta’ Mercieca, iwassluha sabiex tiddeċiedi li hemm ‘a case to answer.’

Għal dawn il-motivi, l-Qorti qalet li hemm raġunijiet biżżejjed biex iż-żewġ akkużati jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża. F’digriet ieħor li tagħat il-Qorti dwar l-istqarrija li ta lill-Pulizija Ivan Martin, dwar jekk din għandhiex tagħmel parti mill-proċeduri, l-Qorti qalet f’dan il-każ, Martin diġa xehed f’dawn il-proċeduri bħala xhud tal-Prosekuzzjoni.

Qalet li l-istess Prosekuzzjoni lanqas ma tat xi ħjiel li kienet jew qiegħda tattakka l-kreddibilità tal-istess ġurnalista, ma tistax f’dan l-istadju tippreżenta d-dikjarazzjoni tiegħu bħala prova tagħha f’dawn il-proċeduri u għal dawn ir-raġunijiet ġiet miċħuda t-talba tal-istess Prosekuzzjoni fuq l-istqarrija bħala prova fil-proċeduri.

Il-Pulizija kienet investigat offertà ta’ flus tal-avukati ta’ Yorgen Fenech lill-ġurnalist Ivan Martin tat-Times. Qed ikun allegat li l-avukat Gianluca Caruana Curran offra ammont ta’ flus – f’numru ta’ karti tal-€500 – lil Ivan Martin f’laqgħa li kellhom fl-aħħar xhur.

Martin irrifjuta l-flus, u qal li Caruana Curran qallu li offra l-flus għax ma kienx jaf kif għandu jimxi ma’ ġurnalist. L-avukati ta’ Yorgen Fenech qegħdin jgħidu li spiċċaw imqarrqa, billi l-ġurnalist wera li kien lest li jgħinhom jiġġieldu kontra rapurtaġġ negattiv.

Martin minn naħa tiegħu qed jgħid li l-Avukati akkużati ippruvaw jikkonvinċuh biex jikteb b’mod diżreġġattiv fil-konfront ta’ Melvin Theuma, li ngħata l-proklama fil-każ dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u jaġevolaw lil Yorgen Fenech. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Anthony Xerri.  Il-każ ikompli fis-7 ta’ April fl-10.00 am.