Lokali

Repubblika tressaq ilment quddiem il-Kummissarju għall-Istandards

Illum, Repubblika ressqet ilment quddiem il-Kummissarju għall-Istandards dwar persuna li ingħatat żewġ pożizzjonijiet ta’ fiduċja (positions of trust) full-time fl-istess ħin.

Ftit jiem ilu, The Shift kixfet il-fatt li Nigel Vella okkupa l-kariga full-time ta’ Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Prim Ministru on a positon of trust waqt li fl-istess ħin okkupa kariga oħra full-time  bħala konsulent fuq il-komunikazzjoni on a position of trust fil-Ministeru ta’ Għawdex.

Aħna jidhrilna li din mhix imġieba xierqa minn persuni ta’ fiduċja imħallsa mill-poplu Malti u tikkostitwixxi abbuż.

Repubblika tqis li dan il-każ huwa sintomu ta’ problema ferm akbar, l-qarnita abbużiva ta’ ħatriet fuq bażi ta’ fiduċja mingħajr l-ebda skrutinju .  Dan l-abbuż qed jherri kemm is-Servizz Pubbliku kif ukoll il-fiduċja taċ-ċittadini fl-imparzjalità u l-kompetenza ta’ dan is-servizz.