Futbol Sport

Santa Lucia eliminati minn Mosta

(Ritratt: Martin Agius)

SANTA LUCIA …………0

MOSTA …………………2

Santa Lucia: M.Montfort, T.Tabone Desira, A.Prates, K.Correa, L.Motta (A.Magri Overand 64’), K.Ante Rosero, L.Filho, J.Zerafa, A.Caseres, R.Tachikawa, K.Xuereb (N.Pulis 64’)

Mosta: C.Mafoumbi, C.Ememe, J.Bezzina, C.Failla, T.Farrugia (D.Debono 52’), Y.Naah, M.Muchardi, R.Morisco, Z.Brincat (M.Mifsud 75’), B.Kaljevic, R.Ekani

Referee: P.Farrugia                                                                                                       

Assistenti Referees: A.Camilleri, T.Debono

Mosta ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss b’rebħa tajba ta’ 2-0 fuq Santa Lucia. Mosta ħarġu l-aktar perikolużi u proprju fil-ħames minuta Zachary Brincat mar viċin li jiftaħ l-iskor meta il-volley tiegħu għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Miguel Montfort. Santa Lucia irrispondew fil-ħmistax-il minuta b’xutt mid-dsitanza ta’ Rei Tachikawa, li l-gowlkiper Christopher Mafoumbi salva faċilment. L-aktar azzjoni perikoluża għal Santa Lucia waslet ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta Kevin Ante Rosero qata’ tajjeb minn fuq ix-xellug u kkonkluda fil-lasta, bil-gowlkiper Mafoumbi jdawwar f’corner b’save spettakolari. B’hekk iż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 0-0.

Madanakollu, Mosta marru fil-vantaġġ fl-54 minuta meta minn cross tajjeb minn fuq il-lemin, id-difiża ta’ Santa Lucia naqset milli tbiegħed il-periklu, biex EVO CHRIST EMEME   approfitta u kkonkluda għal ġewwa b’volley tajjeb. Mosta għamluwhom tnejn fl-aħħar minuti meta minn kontrattakk veloċi kien MATTHIAS MUCHARDI li għeleb lil Montfort għal 2-0. Għalkemm Santa Lucia kellhom il-mumenti tagħhom ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti ta’ Mafoumbi, bit-tim ta’ Mosta jagħraf jikkontrolla il-vantaġġ minimu tagħhom, sabiex għamluwhom mal-aħħar tmienja tal-FA Trophy.