Coronavirus Lokali

“Abela mhux jieħu s-sitwazzjoni tal-COVID bis-serjetà” – UPE

"Hemm bżonn li jittieħdu miżuri bis-serjetà u infurzar b'saħħtu"

Fi stqarrija maħruġa mill-UPE – Voice of the Workers saħqu l-importanza li l-Prim Ministru, Robert Abela għandu bżonn jieħu azzjoni immedjata fid-dawl tal-każijiet pożittivi li iktar ma jmur iktar qed jiżdiedu ta’ kuljum f’pajjiżna, liema sitwazzjoni qed tkun ta’ pressjoni kbira fuq l-isptarijiet.

Huma talbu biex minnufih jittieħdu miżuri serji b’infurzar b’saħħithom u mhux sempliċiment nofs miżuri hekk kif dawn ma wasslu imkien ħlief għaż-żieda tal-każijiet.