Lokali

Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza

Anzjana ta’ 74 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq l-Arznell, Marsaxlokk.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija juru li l-anzjana li tgħix Marsaxlokk, sfat milquta minn vettura Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 42 sena li tgħix Marsaxlokk.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, b’ambulanza ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.