Coronavirus Lokali Parlament

Chris Fearne jispiċċa imgiddeb fil-Parlament

Dak li ħareġ waqt id-diskussjoni Parlamentari tal-bieraħ iwaqqa’ għal kollox il-mossa politika li prova jagħmel il-Gvern biex jattakka lill-Oppożizzjoni, tant illi l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne saħansitra spiċċa imgiddeb fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Quddiem dawn l-allegazzjonijiet bla bażi, il-Kap tal-Oppożizzjoni talab il-protezzjoni tas-Sedja. Filwaqt illi ċaħad għal kollox l-akkużi li ġejjin mid-Deputat Prim Ministru. Bi Chris Fearne jispiċċa jammetti u jaqbel mal-kliem li kien għadu kif qal Bernard Grech fil-Parlament (ara il-filmat). Dan ifisser li l-verżjoni tal-Kap tal-PN hija korretta.

Intant, fl-istess seduta, il-whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar talab lill-Ispeaker Anglu Farrugia jagħti ruling fuq ksur ta’ privileġġ li kien hemm minn naħa tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne wara illi dan allega li kien hemm deputat tal-PN li talab it-tilqima għal kontra l-Covid.

Għal xi ħin, Fearne baqa’ jinsisti fuq l-allegazzjoni li għamel il-ġurnata ta’ qabel, u saħansitra qal li hemm aktar minn deputat wieħed. Iżda pronta qamet id-deputat Claudette Buttigieg illi f’intervent – li kien turija ta’ weggħa sinċiera – hi waqqgħet il-maskra tal-Gvern. U kixfet kif kienu nies viċin il-Gvern li avviċinaw lilha, u mhux bil-kontra.