Futbol Sport

Claudio Marchisio se joħroġ għall-politika?

L-eks player internazzjonali Taljan u eks player ta’ Juventus fost l-oħrajn Claudio Marchisio qed jikkonsidra li jikkontesta l-elezzjoni għal sindku ta’ Turin. Skond il-midja Taljana, Marchisio kien ikkuntattjat mill-Partit Demokratiku fl-Italja sabiex jikkontesta f’ismu għal din il-kariga.

Jidher li fl-aħħar xhur, Marchisio tkellem dwar bosta problemi soċjali f’Turin. L-elezzjonijiet fl-Italja ġew pospost għal Ottubru kawża tal-pandemija tal-coronavirus.

Matul il-karriera tiegħu bħala player, lagħab 294 darba għal Juventus fejn skorja 33 gowl. Marchisio lagħab ukoll 55 darba għat-tim nazzjonali Taljan u skorja ħames gowls.