Coronavirus Lokali

COVID-19: Rekord ta’ każi u erba’ imwiet

362 każijiet pożittivi… rekord assolut.

4 imwiet bil-Coronavirus.

3,128 każi attivi.

Hi din is-sitwazzjoni xejn sabiħa tal-pandemija f’pajjiżna fejn jum wara l-ieħor Malta qed tesperjenza rekord fuq rekord.

Dan ħareġ minn ‘saħħa’ fejn fl-aħħar sigħat żewġ nisa ta’ 68 u 76 sena u żewġ irġiel ta’ 64 u 75 sena mietu fl-Isptar Mater Dei biex b’hekk it-total ta’ vittmi tela’ għal 325.

Fl-aħħar sigħat fiequ wkoll 230 persun filwaqt li fl-aħħar sigħat isiru 4,146 swab tests.

Meta wieħed iżid it-362 każi pożittivi u jnaqqas l-230 persuni li fiequ filwaqt li jnaqqas l-imwiet, it-total ta’ każi attivi huwa dak ta’ 3,128. Dan filwaqt li mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn kien hawn 23,588 każi pożittivi.

Sal-bieraħ, ingħataw 86,854 dożi, bi 30,329 huma t-tieni doża.