Futbol Sport

Glasgow u Dublin f’riskju li ma jospitawx partiti tal-EURO 2020

(Ritratt: EPA)

L-ibliet ta’ Glasgow u Dublin jinsabu f’riskju li ma jitħallewx jospitaw partiti tal-EURO 2020 hekk kif il-UEFA trid li l-pajjiżi li se jospitaw il-partiti, jippublikaw il-pjanijiet tagħhom sas-7 ta’ April.

L-organizzaturi xorta waħda sostnew li jridu li l-partiti jintlagħabu madwar tnax -il belt madwar l-Ewropa, bil-Gvernijiet tal-Iskozja u l-Irlanda għadhom ma ggarantixxewx li l-partitarji se jitħallew jirritornaw fl-istadium sa Ġunju.

Ir-restrizzjonijiet fuq l-ispettaturi fl-istadium fl-Irlanda se jibqgħu fis-seħħ sal-5 ta’ April filwaqt li fl-Iskozja mal-10,000 partitarju se jitħallew jidħlu minn nofs Mejju.