Futbol Sport

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Chelsea

(Ritratt: EPA)

Chelsea komplew fuq il-mument pożittiv taħt it-tmexxija tal-kowċ Thomas Tuchel meta kisbu rebħa ta’ 1-0 kontra Liverpool f’Anfield. Chelsea ħarġu fuq l-offensiva u ħasbu li marru fil-vantaġġ fl-24 minuta meta l-gowl ta’ Timo Werner b’mod kontroversjali kien imħassar permezz tal-VAR. Il-Blues marru fil-vantaġġ tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara azzjoni personali, il-midfielder Ingliż MASON MOUNT ikkonkluda b’mod tajjeb għal 1-0.

F’waħda mid-derbies ta’ Londra, Tottenham għelbu lil Fulham 1-0. Il-gowl deċiżiv f’din il-partita wasal fid-19 –il minuta meta x-xutt ta’ Dele Alli, kien devjat għal wara Areola minn TOSIN ADARABIOYO. Fulham ħasbu li ġabu d-draw fit-62 minuta meta wara konsultazzjoni mal-VAR, ir-referee għażeli li jħassar il-gowl ta’ Josh Maja wara li kien hemm foul fl-azzjoni li wasslet għal gowl, biex b’hekk Tottenham kisbu rebħa importanti fit-tamiet li jiskbu r-raba’ post.

F’The Hawthorns, Everton kisbu wkoll rebħa minima ta’ 1-0 fuq West Brom. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fil-65 minuta meta minn cross tajjeb ta’ Glyfi Sigurdsson, kien RICHARLISON li b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Johnstone. West Brom naqsu milli jwettqu reazzjoni biex b’hekk Everton kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat.

PREMIER LEAGUE

Illum: Liverpool v Chelsea 0-1, Fulham v Tottenham 0-1, WBA v Everton 0-1