Futbol Sport

Inter ikomplu jkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Inter komplew ikabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa ta’ 2-1 kontra Parma. B’din ir-rebħa issa Inter fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fuq l-eqreb rivali Milan, bir-Rossoneri jtemmu fi draw ta’ 1-1 fil-konfront tal-Erbgħa kontra Udinese.

Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima meta l-ewwel fil-55 minuta kien ALEXIS SANCHEZ li fetaħ l-iskor għal fejn wara li rċieva mingħand Lukaku kkonkluda mingħajr diffikultà. L-istess SANCHEZ irdoppja għal Inter fit-62 minuta meta f’azzjoni simili, reġa kien Lukaku li għadda lejn iċ-Ċilen li kkonkluda għal wara Sepe għat-tieni darba. Parma daħlu fil-partita fil-71 minuta b’konklużjoni mill-ewwel ta’ HERNANI wara li rċieva mingħand Valentin Mihaila.