Internazzjonali

Ir-rokit ta’ SpaceX: L-inżul qabel l-isplużjoni…

Is-Starship rocket SpaceX tal-imprenditur biljunarju Elon Musk fl-aħħar sigħat ikkonkluda l-proċess tal-inżul wara perjodu ta’ prova  — u b’mod aktar drammatiku milli wieħed kien qed jistenna. Dan minħabba li r-rokit  — jew prototype — kellu jisplodi minuti biss wara l-inżul fis-sit (landing pad) f’Boca Chica, fl-Istat Amerikan ta’ Texas.

Minkejja l-inċident, iżda, hemm ukoll l-aspett pożittiv li l-kumpanija għall-esplorazzjoni spazjali inkwistjoni rnexxielha tikkonkludi l-inżul b’suċċess– wara li l-mudelli tar-rokits preċedenti (SN8 u SN9) tas-SpaceX kienu ġġarrfu mal-art waqt proċessi simili. L-isplużjoni tal-SN10, intant, seħħet fuq il-landing pad xi tmien minuti wara li qabdu n-nirien madwar il-bażi.

Qabel l-inżul, il-mudell SN10 irnexxielu jikkonkludi sensiela ta’ manuvri fl-ajru u l-proċess tal-inżul proprju kien kważi perfett – b’dan kollu għandu jqawwi qalb il-protagonisti wara l-kunċett spazjali ambizzjuż ta’ SpaceX.