Futbol Sport

Man Utd fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Crystal Palace

(Ritratt: Sky Sports)

Manchester United spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Crystal Palace biex b’hekk baqgħu fi-tieni post tal-klassifika, wara li Leicester ukoll fallew milli jirbħu. Manchester United kienu perikolużi f’waqtiet iżda naqsu milli jegħlbu lid-difiża ta’ Crystal Palace għal draw ta’ 0-0.

Leicester City u Burnley temmew fi draw ta’ 1-1 biex b’hekk Leicester naqsu milli jaqbżu lil Manchester United fil-klassifia Ingliża. Burnley ħarġu tajjeb u marru fil-vantaġġ fir-raba’ minuta permezz ta’ MATEJ VYDRA li waħdu mal-gowlkiper ma żbaljax. Madanakollu Leicester kisbu l-gowl tad-draw fl-34 minuta meta minn cross ta’ Wilfred Ndidi, kien in-Niġerjan KELECHI IHEANCHO li kkonkluda għal ġewwa.

It-tim li jinsab fl-aħħar tal-klassifika Sheffield United kisbu rebħa sorprendenti f’darhom, meta għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fit-30 minuta permezz ta’ DAVID MCGOLDRICK, wara pass li nifed id-difiża ta’ George Baldock. Sheffield United sfaw jilgħabu b’għaxar t’iplejers fis-57 minuta meta PHIL JAGLIELKA kien mkeċċi fuq fawl fuq il-plejer Anwar El Ghazi, wara li r-referee kkonsulta mal-VAR.

Ilbieraħ; Man City v Wolves 4-1, Illum; Burnley v Leicester 1-1, Sheff Utd v Aston Villa 1-0, Crystal Palace v Man Utd 0-0
Għada; Fulham v Tottenham 7.00pm, West Brom v Everton 7.00pm, Liverpool v Chelsea 9.15pm