Coronavirus Għawdex Lokali Saħħa

Pressjoni fuq il-ħaddiema tas-saħħa anke f’Għawdex

Tkompli tikber il-pressjoni fuq il-ħaddiema tas-saħħa anke f’Għawdex. In-numri rekord ta’ każijiet pożittivi li qed ikunu reġistrati ta’ kuljum, qed ikompli jitftgħu pressjoni kbira fuq dan is-settur tant kurċjali għal pajjiżna.

Ritratti li waslu għand dan is-sit juru kjuwijiet kbar ta’ karozzi jistennew sabiex isirilhom swab test, fl-uniku swabbing centre fil-gżira Għawdxija. B’dawk li tkellmu magħna spjegaw li kellhom iqattgħu ħin twil jistennew sabiex isirilhom swab test.