Coronavirus Futbol Sport

Projbit l-isport ta’ kuntatt minn 16-il sena ‘l isfel

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, ġie mħabbar li minn għada se jkun projbit l-isport ta’ kuntatt għal tfal minn 16-il sena ‘l isfel filwaqt li l-isport f’tim għal dawk minn 17-il sena ‘l fuq se jibqa’ fis-seħħ b’osservazzjoni aktar b’saħħitha tal-protocols li hemm fis-seħħ skond kif inhu miftiehem bejn l-assoċjazzjonijiet rispettivi u l-awtoritajiet tas-saħħa. Dan qed isir bħala parti mill-miżuri b’rabta mal-pandemija.