Coronavirus Lokali Saħħa

“Qed jaqbdu u jiġu n-nies għall-vaċċin” – Paul Pace

F’kuntatt li għamel Net News mal-President tal-MUMN Paul Pace ntqal li qed ikun hemm walk-ins ta’ nies biex jieħdu t-tilqima tal-Covid-19, bil-ħaddiema tas-saħħa ma jkollhomx dettalji addizzjonali ta’ min qed jieħu l-vaċċin ħlief il-karta li jkunu preżentati mill-individwu. Fi ftit kliem qed ikun hemm nies li jinqabdu biex imorru jieħdu l-vaċċin mingħajr ma jkollhom appuntament.

Huwa qal li l-MUMN qed tappella biex ta’ kuljum tinħareġ lista bid-dettalji tan-nies li suppost għandhom jieħdu t-tilqima biex ma jkunx hemm abbuż u wara kollox il-ħaddiema tas-saħħa jħejju lilhom infushom fuq kemm għandhom jipprepraw vaċċini tul il-ġurnata.

Paul Pace qalilna li f’waqtiet biex ma jinħlewx il-vaċċini, il-ħaddiema qed jintalbu biex iġibu lill-qraba tagħhom biex jieħdu huma l-vaċċin għax jekk ma jiġrix hekk, it-tilqima se tkun qed tintilef.